Aqbeż għall-kontentut

Ċipru ta' Fuq

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Ċipru ta' Fuq, uffiċjalment magħrufa wkoll bħala r-Repubblika Torka ta' Ċipru ta' Fuq huwa stat de facto li huwa ifformat mill-porzjon tal-grigal tal-gżira ta' Ċipru. Huwa magħruf biss mit-Turkija, u huwa meqjus mill-istati l-oħrajn kollha li tagħmel parti mir-Repubblika ta' Ċipru.

Ċipru ta' Fuq jestendi mill-ponta tal-peniżola ta' karpass fil-grigal sal-bajja ta' Morphou, kappa kormakitis u l-aktar ponta tal-punent tagħha, il kokkina exclave fil-punent. L-aktar reġjun li jinsab fin-nosfinhar tal-pajjiż huwa l-villaġġ ta' Louroujina. Bufferzone li qiegħda taħt il-kontroll tan-nazzjonijiet magħquda, li twessgħa bejn in-naħa ta' fuq ta' Ċipru u l-kumplament tal-gżira, u jaqsam lil Nikosija, l-akbar belt u l-akbar kapitali tal-pajjiż fuq iż-żewġ naħat.

Il-kolp ta' stat li seħħ fis-sena 1974, imwettaq bħala parti mill-attentat biex tigi annessata l-gżira ta' Ċipru mal-Greċja, wassal għall-invażjoni Torka ta' Ċipru. Dan wassal għat-tkeċċija ta' ħafna mill-popolazzjoni Griega-Ċiprijotta, u t-tajran ta' bosta Torok-Ċiprijotti, min-nofsinhar, u d-divizjoni tal-gżira. Dan ukoll ġab miegħu id-dikjarazzjoni unilaterali tal-indipendenza mit-tramunatana fl-1983. Minħabba dan in-nuqqas ta' rikonoxximent, it-tramuntana ta' Ċipru mhijiex indipendenti, u għalhekk hija dipendenti ħafna fuq it-Turkija għal sapport Ekonomiku, Militari u Politiku.

Attentati sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwima ta' Ċipru saru mingħajr ma irriżultaw ebda suċċess. Il-Forzi armati Torok huma miżmuma fit-tramuntana ta' Ċipru bis-saħħa u l-approvazzjoni tal-gvern tat-TRNC, filwaqt li r-Repubblika ta' Ċipru, l-Ewropa bħala kontinent u l-komunita' internazzjonali jirrigwardawha bħala forza okkupazzjonali. Il-preżenza militari kienet iddenunzjata f'diversi resoluzzjonijiet tal-kunsill ta' sigurta' tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Ir-Repubblika ta' Ċipru ta' Fuq huwa semi-presidenzjali, repubblika demokratika b'wirt kulturali li jinkorpora fih diversi influwenzi u ekonomija li hija iddominata mis-settur tas-servizzi. L-ekonomija rat tkabbir sostanzjali mis-sena 2000 sas-sena 2010, b'GNP għal kull ras..